Il-winger Niġerjan ta’ 25 sena Mbachu Uchenna Emenike ma jistax jilgħab ma’ Mosta minkejja li ffirma l-bieraħ filgħodu. Dan għaliex hu diġa’ lagħab ma’ żewġ klabbs oħra dan l-istaġun u għalhekk ir-regoli tal-futbol iżommuh milli jilgħab għal klabb ieħor fl-istess staġun.
Apparti ma’ Naxxar Lions, Emenike diġa’ lagħab fl-Ewropa League dan l-istaġun ma’ RoPS tal-Finlandja. Dan il-każ hu l-istess bħal ta’ Obinna Obiefule u b’koinċidenza jew le, iż-żewġ plejers għandhom l-istess aġent.
Emenike ffirma ma’ Mosta ftit sigħat biss wara li nħall mill-kuntratt ma’ Naxxar Lions.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>