Ħamrun Spartans akkwistaw liż-żagħżugħ Michael Gaal; plejer li kapaċi jilgħab kemm bħala winger kif ukoll midfielder b’dixxindenza Ungeriża, Serba u Awstraljana.
Fl-2014 Gaal kien jifforma parti mill-klabb ta’ Sunbury United FC fejn intagħżel għall-unur tal-iktar plejer li wera progress.
Minkejja l-eta’ tiegħu, Gaal diġa kiseb diversi suċċessi fejn fost oħrajn intagħżel biex jirrappreżenta lill-Awstralja fit-2014 Melbourne Asian Cup, biex jilgħab għall-U19 Victorian State Team kif ukoll fil-Victorian Champions League.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

