12-il persuna mill-Korea ta’ Fuq qed jistennew il-permessi mill-ETC biex jibdew jaħdmu f’Malta – xogħol fil-fabbrika Leisure Clothing f’Bulebel.
Il-ġurnal THE MALTA INDEPENDENT illum żvela kif 12-il ħaddiem mill-Korea Komunista se jingħataw impjiegi f’din il-fabbrika li kienet f’nofs kontroversja fl-aħħar xhur. L-istess ġurnal jirrapporta illi dawn il-ħaddiema Ażjatiċi qed jingħataw xogħol f’Malta mal-Leisure Clothing, meta f’pajjiżna stess diġa’ hawn mas-6,500 persuna jfittxu x-xogħol.
//= $special ?>