Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, is-7 ta’ Jannar.
IN-NAZZJON ikompli jsegwi l-każ tal-Maġistrat Carol Peralta. Jirrapporta kif il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja qatt ma ntalbet jekk kienx hemm lok li Peralta jitneħħa mill-ġudikatura.
THE MALTA INDEPENDENT bi storja dwar il-Leisure Clothing u kif din il-fabbrika qed tkompli żżid magħha ħaddiema Ażjatiċi – 12-il ħaddiem mill-Korea Komunista qed jistennew il-permess biex jibdew jaħdmu fil-fabbrika f’Bulebel, meta preżentament f’Malta hawn 6,500 bla xogħol.
Fil-gazzetta MALTA TODAY naqraw illi kriminali fiċ-ċrieki ta’ traffikar tal-persuni qed jitolbu mal-€5,500 għal vjaġġ bil-baħar biex Sirjani jaħarbu lejn l-Ewropa.
L-ORIZZONT jgħid illi l-vaċċin staġjonali ta’ kontra l-influwenza jidher illi ma ħadimx, u dan jista’ jwassal għal riskji fost persuni vulnerabbli.
THE TIMES OF MALTA tirrapporta każ li fih hemm involut il-linja tal-ajru Maltija Fly Hermes, illi allegatament qabbdet u kkanċellat titjira minn Torino lejn Malta mingħajr avviż, bil-konsegwenza li numru ta’ passiġġieri baqgħu l-art. Fly Hermes hija propjeta’ ta’ familja minn Sqallija.
//= $special ?>