Il-Ministeru tal-Affarjiet Barranin fi stqarrija kkundana l-attakk terroristiku li seħħ dalgħodu fil-binja tar-rivista satirika ta’ Charlie Hebdo, f’Pariġi, fi Franza. Dan l-attakk ħala warajh 12 il-vittma mejta u aktar minn 10 persuni oħra midruba.
Fil-kummenti tiegħu il-Ministru George Vella ta’ l-appoġġ tiegħu lejn l-awtoritajiet Franċiżi, biex dawk responsabbli ta’ dan il-massakru jitressqu quddiem il-ġustizzja. Huwa wera wkoll solidarjeta’ mal-membri familjari tal-vittmi.
Huwa previst li kemm il-Prim Ministru Muscat u l-Ministru Vella se jkunu qed jikkomunikaw direttament mal-President Franċiż Hollande u l-Ministru tal-Affarjiet Barranin Laurent Fabius biex jkomplu jgħatu s-sapport kontinwu min-naħa tal-Gvern Malti lejn il-poplu Franċiz.
//= $special ?>