Is-Sajf li ġej se jkun itwal minħabba li matul is-snin ir-rotazzjoni tad-dinja qed tonqos ftit ftit. Dan il-fenomenu qed iwassal biex kull tant żmien ikun hemm bżonn jinbidel il-ħin biex b’hekk inkunu f’sinkronizzazzjoni mar-rotazzjoni tad-dinja.
U għalhekk fit-30 ta’ Ġunju li ġej ikun wasal iż-żmien li nerġgħu nirranġaw l-arloġġ u allura s-Sajf li ġej se jkun itwal … b’sekonda!
L-aħħar darba li kien hemm bżonn tiżdied sekonda kien fl-2012, u dakinhar inqala’ paniku sħiħ. Dan għaliex hekk kif żdiedet is-sekonda, fl-2012 kienu waqfu joperaw il-Mozilla, Reddit, Foursquare, Yelp, LinkedIn u StumbleUpon fost numru ta’ siti oħra.
L-emenda fil-ħin nhar it-30 ta’ Ġunju li ġej se tkun is-26 darba li ġie rranġat il-ħin sa mill-1972 sa llum.
//= $special ?>