Internazzjonali Lokali

L-attakk terroristiku fuq Charlie Hebdo hu “ta’ stmerrija” – Simon Busuttil

L-attakk terroristiku fuq l-uffiċċji tal-ġurnal satiriku Charlie Hebdo hu wieħed “ta’ stmerrija”. Hekk iddeskrivieh il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fi tweet ftit tal-minuti wara li l-attakk ħalla mill-anqas 12-il persuna mejta.

Fil-kumment tiegħu, Simon Busuttil qal li f’dan il-mument, għandna lkoll nibqgħu magħqudin ma Franza, filwaqt li niġġieldu kontra t-terroriżmu u favur il-libertà tal-espressjoni.

SB Tweet Attakk Terroristiku Charlie Hebdo 070115