Il-midfielder Taljan ta’ 27 sena, Fabio Mangiacasale mistenni jkompli l-kumplament tal-istaġun fil-Lega Pro Taljana ma’ San Felice Aversa Normanna.
Mangiacasale ngħata r-release minn Sliema Wanderers wara li fallew it-tentattivi tal-President Keith perry li jikkonviċni lil dan il-plejer jibqa’ f’Malta. Madankollu l-plejer kien homesick u għalhekk ma kien hemm l-ebda triq oħra ħlief li jitħalla jmur lura pajjiżu.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>