Lokali

Mijiet jattendu għall-aħħar tislima taż-żagħżugħ Matthew Meilak

Illum ingħata l-aħħar tislima ż-żagħżugħ Matthew Meilak li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku fil-lejl tal-ewwel tas-sena.

Għall-aħħar tislima attendew mijiet ta’ persuni, fil-maġġorparti żgħażagħ.

Waqt il-funeral li sar fil-Knisja tal-Ibraġġ, il-Kappillan Dun Toni Agius, fl-omelija ndirizza lill-ġenituri ta’ Matthew u qal li “bħalissa ħafna jistaqsu għaliex ħa lill-ibni? Dun Toni fakkar li Alla huwa missier ukoll u li l-ebda missier ma jkun jixtieq li jitlef lill-ibnu”

Dun Toni Agius indirizza wkoll iż-żgħażagħ u qal li ż-żgħażagħ huma skjavi tas-soċjeta u li ma’ jagħtux każ dawk li jgħidulhom il-ġenituri.

Liż-żgħażagħ qalilhom li jekk b’dan l-inċident iż-żgħażagħ jagħrfu jirrispettaw ħajjithom u l-kliem tal-ġenituri, allura l-ħajja ta’ Matthew ma tkunx intilfet għalxejn.

Għall-aħħar tislima attendew b’mod speċjali diversi’ żgħażagħ, ħbieb u kollegi ta’ Matthew fil-kors tal-Liġi fl-Universita’ ta’ Malta. Attendew ukoll Deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra, fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, il-Viċi Kapijiet Mario de Marco u Beppe Fenech Adami, numru ta’ Ministri u Deputati lokali u tal-Parlament Ewropew, kif ukoll membri tal-Ġudikatura.

Matthew jibqa’ mfakkar għall-karattru mill-iktar ċajtier u simpatiku tiegħu (aqra ahwn).

photo 1 photo 3