Futbol Sport

Paltemio Barbetti jingħaqad ma’ Żebbuġ Rangers

Il-midfielder Taljan ta’ 25 sena Paltemio Barbetti ngħaqad ma’ Żebbuġ Rangers wara li ilu għall-aħħar ġimgħat jitħarreġ mal-istess klabb.

Barbetti, li kien ingħata r-release minn Sliema Wanderers xi ġimgħat ilu, għandu 25 sena u nġieb f’pajjiżna fl-2012 minn Sliema. Fit-2 ta’ Lulju tal-2013 hu ddebutta fl-Ewropa, fil-logħba tal-Europa League bejn Sliema Wanderers u Khazar Lankaran li spiċċat 1-1.

Ma’ Sliema din kienet l-ewwel esperjenza ta’ Barbetti barra mill-Italja. Hu ffirma l-ewwel kuntratt professjonali tiegħu fl-eta’ ta’ 18-il sena ma’ Cisco Roma. Lagħab ukoll għal Monterotondo u Celano.

Ritratt: Martin Bonanno. Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).