Internazzjonali Lokali

Xi tfisser #JeSuisCharlie ?

Wara l-massakru li sar fl-uffiċċji tar-rivista satirika Charlie Hebdo, huma ħafna li qed iħallu posts, tweets u shares bil-#JeSuisCharlie fuq siti tas-social media.

Je suis Charlie – li tfisser Jiena Charlie – qed tintuża l-aktar minn tweeters li jirrufjutaw li jkunu msikkta wara dan l-attakk terroristiku.

Rapporti fi Franza qed jgħidu li l-persuni armati, u li wettqu l-isparar, huma parti mill-grupp terroristiku Islamiku Al Qaeda.

#JeSuisCharlie bdiet tinxtered bi stampa sempliċi bil-kitba “Je suis Charlie” fuq sfond iswed (ritratt t’hawn fuq).