Internazzjonali

Ritratt: Protesta paċifika kontra l-attakk terroristiku li seħħ Pariġi

Mijiet ta’ persuni ftit tal-ħin ilu nġabru fi Pjazza r-Repubblika f’Pariġi fi protesta paċifika kontra l-attakk li sar fl-uffiċċji tar-rivista satirika Charlie Hebdo.

Fost il-ħafna persuni li ħadu sehem f’din il-protesta kien hemm ukoll persuni ta’ twemmin Iżlamiku li kkundannaw dan il-massakru.

Il-Pulizija Franċiża qed tikkunsidra l-attakk bħala tpattija minn militanti Iżlamiċi kontra karikaturi li għalihom hija famuża r-rivista, li fihom deher fost l-oħrajn il-profeta Mohammed.

Tista’ taqra aktar dwar dan l-attakk billi tagħfas hawn.