Ftit tal-ħin ilu sid ta’ banka tal-lottu f’Ħal-Luqa sfat vittma ta’ hold up minn raġel mgħammad u li żamma kontra l-volonta’ tagħha.
Kien għall-ħabta tas-18.30 meta l-mara għalqet il-banka tal-lottu u daret il-kantuniera fejn kellha l-vettura tagħha pparkjata, hemmhekk tfaċċa raġel mgħammad u mbuttaha, serqilha l-borża li kellha bil-flus u ħarab minn fuq il-post. Is-somma li nsterqet hija ta madwar €900.
Skont l-aħħar sorsi jidher li r-raġel ma kienx armat u li l-mara ma ġarrbet l-ebda ġrieħi.
Il-Pulizija għadha għaddeja bi tfittxija għar-raġel.
Aktar dettalji l-quddiem.
//= $special ?>