Minn għada, l-poplu Malti u Għawdxi se jkollu servizz ġdid tat-trasport pubbliku. Il-kumpanija Autobuses de Leon se tibda topera hi s-servizz il-ġdid, u tieħu s-servizz minn idejn il-Gvern Malti li ilu jmexxiħ għal din l-aħħar sena.
Il-kumpanija Autobuses de Leon hi mistennija twettaq bidla kbira fis-servizz tat-trasport pubbliku f’pajjiżna wara li ntgħażlet mill-Gvern ta’ Joseph Muscat u l-Ministru Joe Mizzi, biex tibda topera s-servizz hi.
Il-kumpanija Spanjola se tingħata 23 miljun ewro bħala sussidju fl-ewwel sena – liema ċifra se tiżdied mit-tieni sena ‘l quddiem. Il-kumpanija Arriva, li kienet l-aħħar kumpanija privata li operat is-servizz, kienet tingħata sussidju ferm anqas – lanqas 10 miljuni.
L-għażla tal-kumpanija Spanjola mill-ewwel bdiet bit-tumbati hekk kif sar magħruf li l-Ministru Joe Mizzi mar Spanja jinnegozja mal-kumpanija qabel saħansitra intgħażlet bħala l-aħjar preferenza.
Il-Ministru Joe Mizzi qal li l-poplu Malti mhux se jistenna bidliet kbar bis-servizz il-ġdid, u dan minkejja li se jkun qed jonfoq 23 miljun ewro fl-ewwel sena biex is-servizz jitħaddem mill-kumpanija Spanjola.
//= $special ?>