Żewġ goalkeepers Messikani jinsabu f’Malta u diġa’ niżlu bi prova ma’ San Ġwann. Dan fid-dawl li l-klabb irid isib goalkeeper minflok Andrei Coblis li hu qbil dwar it-trasferiment tiegħu lejn is-Slovakkja hu imminenti.
L-ewwel goalkeeper hu Guillermo Antonio Iriarte Gonzalez, eks goalkeeper internazzjonali tal-Messiku mal-iskwadri ta’ taħt l-20 u 23 sena u li llum għandu 32 sena.
Gonzales kien ukoll il-goalkeeper nazzjonali tal-iskwadra nazzjonali tal-Beach Soccer fit-Tazza tad-Dinja ta’ Marseille fl-2008, rebaħ l-unur tal-aqwa goalkeeper fl-ogħla diviżjoni tal-Urugwaj fl-2003/04 kif ukoll l-aqwa goalkeeper tas-Salvadoran League fl-2014.
It-tieni goalkeeper hu Joel Almeida, imlaqqam Pytukz u li għandu 23 sena. Dan il-goalkeeper hu magħruf f’pajjiżu bħala speċjalista tal-għoti tal-freekicks.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

