Il-kontroversja dwar Ched Evans qed tkompli tikber hekk kif issa it-tim ta’ League One Oldham Athletic irtira l-interess li kellu f’dan il-plejer li skonta sentejn u nofs priġunerija minabba li kien instab ħati ta’ stupru fuq tfajla ta’ 19-il sena. Dan wara li membru tal-bord ġie mhedded jekk kemm-il darba l-klabb jakkwista lil dan il-plejer.
Ġimgħa ilu anke hawn Malta qamet kontroversja kbira hekk kif jidher li Hibs kienu urew interess f’dan il-plejer. Tard l-Erbgħa filgħaxija Oldham Athletic kienu ferm viċin li jakkwistaw dan il-plejer wara li missier Evans qal li kien lest iħallas żewġ miljun lira sterlina lill-klabb li jakkwista lill-ibnu. Dan għaliex diversi sponsors ma kienux lesti jibqgħu jassoċjaw ruħhom ma’ klabb li jkun akkwista plejer li fil-passat kien il-ħabs minħabba stupru u kien għalhekk li missier Evans qal li hu lest iħallas biex itaffu għal dan it-telf finanzjarju.
Madankollu jidher li wara pressjoni kbira minn naħa tal-partitarji, it-tim ta’ Oldham Athletic għażel li jirtira l-interess kollu u b’hekk, għal dabra oħra Evans baqà bla klabb. Rapporti fil-midja Ingliża saħanistra qed jgħidu li membru tal-Bord ta’ Oldham ġie mhedded li jkollu t-tifla stuprata jekk il-klabb jakkwista lil Evans.
Evans innifsu ippubblika stqarrija fejn talab apoloġija għal dak li għamel snin ilu.
“Ninsab grat lejn l-Assoċjazzjoni tal-Players Professjonali (PFA) għall-għajnuna li qed insib. Matul dawn l-aħħar ġimgħat, fuq parir legali, ma tkellimtx fil-midja dwar l-istejjer li kien hemm fuqi. Ħafna ħasbu li jien ma kontx qed nitkellem għax jien arroganti. Filwaqt li nerġa’ nistqarr li jien innoċenti, nitlob apoloġija għal dik is-serata li fiha ġejt akkużat bi stupru għax kienet serata li kellha impatt negattiv mhux biss fuqi imma anke fuq dawk ta’ madwari,”
qal Evans fl-istqarrija.
//= $special ?>