Illum id-dinja qed issellem lill-vittmi tal-attakk terroristiku fuq l-uffiċċji tal-gazzetta satirika Charlie Hebdo.
Il-vittmi kienu tmien ġurnalisti, fosthom l-Editur, kif ukoll il-purtinar tal-post. Kien hemm ukoll persuna li nzertat marret fl-uffiċċji tar-rivista u anke żewġ Pulizija.
Il-vittmi huma:
Frédéric Boisseau (42 sena), ħaddiem tal-maintenance li nqatel fil-lobby Charb (Stéphane Charbonnier) (47 sena), karikaturista, opinjonista u l-Editur ta’ Charlie Hebdo Franck Brinsolaro (49 sena), Pulizija assenjat għas-sigurtà ta’ Charb Cabu (Jean Cabut) (76 sena), karikaturista Elsa Cayat (54 sena), psikoanalista u opinjonista Philippe Honoré (74 sena), karikaturista Bernard Maris (68 sena), ekonomista, editur u opinjonista Ahmed Merabet (42 sena), il-Pulizija li ġie sparat f’rasu f’nofs it-triq u li hu Musulman Moustapha Ourad, proofreader Michel Renaud (69 sena), eks ġurnalista u mistieden fil-laqgħa editorjali Tignous (Bernard Verlhac) (57 sena), karikaturista Georges Wolinski (80 sena), karikaturista
Madwar id-dinja lbieraħ filghaxija saru dimostrazzjonijiet spontanji ta’ solidarjetà mal-vittmi u favur il-libertà tal-espressjoni. Minbarra dimostrazzjonijiet fi Franza, li fihom spikkat il-kitba “Je suis Charlie” (“Jien ukoll Charlie”), kien hemm ukoll dimostrazzjoni fost oħrajn fi Trafalgar Square. //= $special ?>