Lokali

Għalliema joħorġu flus minn buthom biex jagħmlu xogħolhom sew

Hawn edukaturi li biex jgħallmu jkollhom joħorġu flus minn buthom. Flus li jammontaw għal madwar €220 u ġieli f’ċertu każijiet hemm min jonfoq aktar minn €1000. Dan ħareġ minn Survey li sar matul ix-xahar ta’ Diċembru mill-Youth Section fi ħdan l-MUT, l-Union tal-Għalliema.

Is-Survey sar fost edukaturi fl-iskejjel Primarji, Sekondarji tal-Gvern, tal-Knisja u dawk Indipendenti. Sar wkoll mal-edukaturi fl-MCAST, fil-Higher Secondary, fl-ITS u anke fil-Junior College.

Gilbert Zahra, Chairperson tal-MUT Youth Section, biex jispjega eżatt x’ħareġ mis-survey. Hu spjega li r-riżultati tas-survey ħarġu minn 325 parteċipant li minnhom hemm għalliema li anke nefqu €1800 fis-sena. Jittiżulta li l-maġġoranza tal-ispejjez jinkludu, photocopying, laminations, xiri ta’ kotba, affarijiet użati biex tiżejjen il-klassi, pinnen, internet connection u ġieli anke tiswija ta’ laptops użati mill-għalliema fl-iskola.

Minn naħa tiegħu Dirk Muscat, Deputy Chairperson tal-MUT Youth Section, spjega lil-ħsieb biex sar dan is-survey ġie mill-esperjenza personali tagħhom u ta’ sħabhom li jsostnu li ma jistax ikun li biex jagħmlu xogħolhom sew qed jispiċċaw joħorġu l-flus huma. Għal dan il-fatt Dirk Muscat sostna li l-għalliema li pparteċipaw fis-survey sostnew li jinsabu urtati għall-fatt li mhux qed ikunu murija rispett.

Dan is-survey issa mistenni jgħaddi għand l-Awtoritajiet konċernati biex effetivament tittieħed azzjoni.

L-MUT minn naħa tagħha taqbel ma dak li sostnew l-għalliema. Jiġifieri li jkunu pprovduti f’fond apposta li jingħata lill-iskola fejn huma jgħallmu. Dan il-fond jista’ anke jieħu forma ta’ card li biha jkunu jistgħu jixtru ċertu prodotti jew servizzi bħall-internet connection.
L-MUT ssostni wkoll li l-edukaturi għandu jkollhom Work Resources Fund li permezz tiegħu ikunu jistgħu jixtru jew iħallsu għat-tiswija ta’ laptops jew tal-interactive whiteboards, fost affarijiet oħra.