It-tliet suspettati maħsuba li kienu huma li wettqu l-attakk fl-uffiċċji tal-ġurnal Charlie Hebdo ġew identifikati u bħalissa għaddejja tfittxija intensiva mill-Pulizija f’Reims, fi Franza, l-għan li jinqabdu.
Waqt dan l-attakk terroristiku, l-Erbgħa nqatlu tnax-il persuna.
Skont l-uffiċjali Franċiżi, il-persuni identifikati huma l-aħwa Said Kouachi u Cherif Kouachi li għandhom madwar tletin sena, u Hamyd Mourad li għad għandu tmintax-il sena.
Hu maħsub li l-persuni identifikati għandhom konnessjonijiet ma’ grupp terroristiku mill-Yemen. Fl-2008, Cherif kien arrestat u ngħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs wara li nstab ħati li għen ġellieda Iraqini.
//= $special ?>