Futbol Sport

Il-Għana jitilfu żewġ pedini importanti

Ġimgħa qabel il-bidu tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani li se ssir fil-Guinea, il-Ghana tilfu żewġ pedini importanti li huma imweġġħin. Dawn huma Abdul-Majeed Waris ta’ Trabzonspor u Jeffrey Schlupp ta’ Leicester City. Mahatma Otoo ta’ Sogndal se jieħu post Waris wara li dan tal-aħħar weġġa’ fit-telfa ta’ 4-1 li sofra t-tim tiegħu kontra Eskisehirspor filwaqt li d-difensur Schlupp weġġa fl-Ewwel tas-Sena fil-partita kontra Liverpool. It-tnejn li huma ma irkuprawx minn dawn l-injuries.

Jekk wieħed iħares lejn l-iskwadra finali jinnota li Kwesi Appiah li bħalissa qed jilgħab ma’ Cambridge United se jkun qed jiddebutta f’dan it-turnament li jibda fis-17 ta’ Jannar. Plejers oħra li se jieħdu sehem għall-ewwel darba fit-Tazza Afrikana se jkunu Baba Rahman, Daniel Amartey, Frank Acheampong u David Accam. Ta min jiftakar li l-Ghana għandhom kowċ ġdid, Avram Grant li inħatar ftit xhur qabel il-bidu tal-kompetizzjoni.

Il-Għana jibdew l-impenji tagħhom fid-19 ta’ Jannar bil-partita kontra s-Senegal.