Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, it-8 ta’ Jannar.
Fil-faċċati tagħhom, il-gazzetti li ħarġu llum jiddedikaw l-aħbar ewlenija għall-massakru li seħħ f’Pariġi. Dan minbarra l-ġurnal L-ORIZZONT li jitkellem dwar tkeċċija minn mal-VGT u l-pjan li parti minn Putirjal isir Pjazza.
IN-NAZZJON jagħtina ukoll aħbar dwar attivist akkanit tal-Partit Laburista f’Għawdex. Naqraw illi George Mercieca ġie l-ewwel fl-intervista għal Administrative Officer mal-Malta Libraries.
THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar il-pjan tal-Kap tal-PN Simon Busuttil li jħabbar tibdil fix-Shadow Cabinet tiegħu.
THE TIMES OF MALTA tikkwota lill-Prim Ministru li lbieraħ stqarr kif wara l-attakk fuq il-ġurnal Charlie Hebdo, “illum aħna lkoll Franċiżi”.
//= $special ?>