Lokali

Il-Maġistrat Carol Peralta għada se jżur il-post fejn jinżammu l-Asjatiċi tal-Leisure Clothing

Xogħolijiet ta’ tindif u aktar biex il-post ikun jidher sabiħ!

Għada fl-10am, il-Maġistrat Carol Peralta se jżur il-post f’Ħal Far fejn jinżammu l-Asjatiċi miġjuba Malta biex jaħdmu fil-Leisure Clothing. Dan wara d-deċiżjoni li ħarġet mis-seduta tal-bieraħ fil-Qorti, meta l-Maġistrat qal li għada se jmur jara l-post. Hu stieden biex miegħu jmorru l-Prosekuzzjoni u anke l-membri tad-Difiża. Skont il-Maġistrat Peralta, l-iskop taż-żjara hu biex jara jekk hux minnu li dan jinsab fl-istat tal-biki li kien qed jingħadlu.

Madwar tliet xhur ilu, waqt investigazzjoni intensiva mill-ġurnal In-Nazzjon, kienet saret żjara lil dan il-post għall-għarrieda u ġie nnutat l-istat li kien fih il-post. Filmati u numru ta’ ritratti ppubblikati fil-media tagħna kienu wrew li fil-fatt dan il-post verament kien fi stat ħażin ħafna. Madankollu, wara li xandarna dawk il-filmati u l-istejjer esklussivi, kien sar sforz biex il-post ma jibqax imdawwar b’ħafna skart u ma jibqax wieħed delapitat.

carol peralta

 

Ritratt: Il-Maġistrat Carol Peralta