Hekk kif illum Franza qed tfakkar lill-vittmi wara l-attakk terroristiku fl-uffiċċji ta’ Charlie Hebdo b’jum ta’ luttu nazzjonali, il-komunità Franċiża f’Malta se tingħaqad biex tfakkar il-memorja tal-vittmi.
Għaldaqsant, illejla fis-7pm se ssir velja fil-Bajja ta’ Spinola f’San Ġiljan. Għal din l-attività, minbarra l-Franċiżi residenti f’Malta, mistennija jingħaqdu wkoll mijiet ta’ Maltin li wkoll jemmnu li għandhom isellmu lit-12-il vittma.
//= $special ?>