Eks infermier Ġermaniż ammetta li qatel 30 pazjent fl-isptar fejn kien jaħdem. Ir-raġel ta’ 38 sena allegatament ammetta li ħasad il-ħajja tal-pazjenti billi tahom overdose ta’ tilqima li tingħata fil-qalb.
L-infermier ammetta l-qtil tal-pazjenti lil espert psikjatriku li wassal l-informazzjoni fil-qorti. Investigaturi qalu li l-mottiv tiegħu kien biex isaħħaħ il-ħiliet tiegħu ħalli jġib lill-pazjenti f’sensihom.
L-eks infermier ilu jgħaddi ġuri minn Settembru u qed ikun akkużat bi qtil u b’attentat ta’ qtil. Qed ikun allegat li l-eks infermier qatel tliet pazjenti u pprova joqtol tnejn oħra fi klinika f’Delmenhorst, qrib Bremen fit-Tramuntana tal-Ġermanja.
Iżda eżaminatur psikjatriku qal lill-qorti f’Oldenburg li l-infermier ammetta li qatel sa 30 persuna bejn l-2003 u l-2005.
//= $special ?>