Illum wara nofsinhar waslu f’Malta żewġ plejer Serbi, Vujovic Zoran u Stojmirovic Aleksandar li se jkunu bi prova ma’ Qormi F.C.
Vujovic hu plejer mill-iktar interessanti li għandu 28 sena. Hu tela’ mill-akkademja ta’ FK Partizan u kien l-iżgħar plejer irreġistrat mal-iskwadra fiċ-Champions League fl-istaġun 2003-2004.
Matul il-karriera tiegħu hu lagħab ukoll għal FK Teleoptik, Metalac Gornji Milanovac, FK Banat Zrenjanin, FC Novi Pazar u Banat Zrenjanin fis-Serbja, FC Tatabania fl-Ungerija u FK Metalburg Skopje fil-Maċedonja.
Minn naħa l-oħra Stojmirovic Aleksandar hu midfielder ta’ 32 sena li ta’ 19-il sena ddebutta ma’ FC Radnicki Obrenovac fis-Serbja. Wara li ngħaqad ma’ numru ta’ klabbs Serbi b’self, hu ħalla l-pajjiż lejn il-Portugall biex fl-2003 iffirma ma’ FC Nacional. Madankollu hu sofra injury u rritorna lura lejn is-Serbja ma’ Hajduk Kula.
Fl-2007 Stojmirovic reġa’ ħalla l-pajjiż, din id-darba għall-Ukrajna fejn ingħaqad ma’ Vorskla Poltava u staġun wara mar il-Bulgarija u ngħaqad ma’ Chernomorets Burgas. Wara din l-esperjenza qatta’ ż-żewġ staġuni ta’ wara mill-ġdid fis-Serbja, l-ewwel ma’ Čukarički Stankom u wara ma’ Borac Čačak qabel reġa’ ħalla l-pajjiż għar-Rumanija ma’ Petrolul Ploieşti.
Fl-aħħar staġun hu kien qed jilgħab fis-Serbja ma’ Radnički Kragujevac wara esperjenza oħra fl-Ungerija ma’ Pécsi Mecsek. Ta’ min isemmi wkoll li fl-2009 hu saħansitra kellu prova mal-klabb Ġermaniż FC Schalke 04.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>