Lokali

L-Imam : L-attakk f’Pariġi huwa insult għall-profeta Muhammed

L-Imam Mohammad Elsadi, il-Mexxej spiritwali tal-komunita’ Musulmana f’Malta ħareġ stqarrija dwar it-terroriżmu Iżlamiku fi Franza u qal din l-aħbar intlaqgħet b’dispaċir u dwejjaq. Hu qal li dan l-attakk terroristiku hu kundannabbli irrispettivament mill-identtita tal-aggressuri, l-ideoloġija u l-mottivi tagħhom.

L-Imam qal li dan l-attakk ta’ terroriżmu Iżlamiku mhux biss hu attakk kontra l-midja u l-liberta’ tal-espressjoni iżda wkoll insult għall-profeta Muhammad u t-tagħlim tal-Iżlam.