Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil mistenni jħabbar tibdil fix-Shadow Cabinet tiegħu. Jidher li dan it-tibdil sar magħruf lill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista lbieraħ, fl-ewwel laqgħa tas-sena l-ġdida.
Qed jiġi rrappurtat ukoll li se tingħata pożizzjoni f’dan ix-Shadow Cabinet lill-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-PN. B’dan it-tibdil fix-Shadow Cabinet, il-PN mistenni jkun f’pożizzjoni b’saħħitha biex jagħmel skrutinju akbar fuq il-Gvern.
//= $special ?>