Christopher Maboulou ġie eskluż mit-tim tal-Congo minħabba li ma kien x preżenti għal kamp ta’ taħriġ. Oriġinarjament ħadd ma kein stenna li Maboulou, plejer ta’ Bastia fi Franza kien se jkun inkluż fl-iskwadra proviżorja imma dan tilef l-okkażjoni li jikkompeti f’dan it-turnament prestiġjuż wara li ma attendiex kamp ta’ taħriġ li sar fis-Senegal. L-aħħar darba li l-Congo rebħu t-Tazza tal-Afrika kien fl-1972 filwaqt li l-aħħar darba li ikkwalifikaw għall-finali ta’ din il-kompetizzjoni kien fis-sena 2000 meta dakinhar kienu mhux biss spiċċaw fl-aħħar post tal-grupp imma lanqas skurjaw gowl. Il-Congo jilagħbu l-ewwel logħba kontra l-Guinea, il-pajjiż li qed jorganizza t-turnament.
//= $special ?>