Manifestazzjoni ta’ solidarjeta’ mill-Komunita’ Franċiża f’Malta, fil-konfront tal-vittmi tal-attakk terroristiku li seħħ il-bieraħ f’Pariġi. Din l-espressjoni ta’ solidarjeta’ saret ftit tal-ħin ilu, għal ħabta tas-sebgħa, f’San Ġiljan, quddiem il-monument tal-Love. Prezenti għal din il-manifestazzjoni kien hemm il-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, diplomatiċi barranin u anke diversi membri parlamentari Maltin.
Minn fost in-nies prezenti ħadna l-kumment ta’ tfajla Franċiza li tgħix Malta iżda li f’qalba bħalissa qed tħaddan aktar minn qatt qabel solidarjeta’ ma’ pajjiżha.
//= $special ?>