Futbol Sport

Mqabba jippreżentaw tliet plejers ġodda

Tliet akkwisti ġodda mit-tim ta’ Mqabba F.C. għall-bqija tal-istaġun. Dan hekk kif il-klabb tal-Ewwel Diviżjoni l-Ħamis filgħaxija ppreżenta lill-goalkeeper Sean Cini, id-difensur Daniel Bonnici u l-attakkant Serb Bojan Mamic.

Mqabbba

Il-goalkeeper Sean Cini, li s’issa kien ma’ Tarxien Rainbows, illum għandu 37 sena imma mistenni jkun akkwist importanti għal Mqabba li jinsabu fil-ħdax-il post minkejja li skurjaw 20 gowl bis-sitt l-aħjar attakk fil-kampjonat.

Madankollu huma qalgħu 25 gowl u għandhom 15 fid-differenza ta’ gowls.

Mqabbaa

Id-difensur ta’ 23 sena Daniel Bonnici ħalla lil Birżebbuġa St. Peters u issa se jkompli l-istaġun ma’ Mqabba.

Fil-karriera tiegħu dan iż-żagħżugħ promittenti lagħab ukoll għal Gudja United, Żejtun Corinthians u Luxol St. Andrews. Fil-idu tal-istaġun kien iffirma wkoll kuntratt ma’ Tarxien Rainbows madankollu dan il-kuntratt qatt ma ġie depożitat u ngħata r-release jiem biss wara.

Mqabba

Minn naħa l-oħra għas-Serb Bojan Mamic dan se jkun ir-ritorn tiegħu ma’ Mqabba, ftit jiem iss wara li ġie released minn Żebbuġ Rangers fil-Kampjonat Premier.

Mamic kien jilgħab ma’ Mqabba bejn l-2011 u l-2012 wara li kien ġie akkwistat minn klabb fil-Bahrain. Madankollu hu kien ħalla lill-klabb biex mar jilgħab fil-Każakistan.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).