Id-difensur ta’ Mosta Manolito Micallef jista’ jingħaqad ma’ Valletta fil-ġimgħat li ġejjin.
Minbarra Valletta, li huma interessati f’Micallef, hemm interess ukoll minn Qormi. Minn naħa tagħhom Mosta lesti li jiddiskutu dan it-trasferiment.
Manolito Micallef, jew kif inhu magħruf aħjar bħala Mano, illum għandu 31 sena u fil-karriera tiegħu s’issa lagħab għal numru ta’ klabbs fosthom Lija Athletic, Floriana, Ħamrun Spartans u finalment Mosta li jinsab magħhom preżentament.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

