Lokali

Reazzjoni pożittiva għas-shadow cabinet il-ġdid tal-Oppożizzjoni

Id-deċiżjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li jaħtar Shadow Cabinet ġdid li fih mhux biss jinkludi politiċi u deputati ġodda iżda jinkludi wkoll prijoritajiet għal setturi soċjali u ekonomiċi ġodda ġabet reazzjoni pożittiva fl-opinjoni pubbliku. Din id-deċiżjoni qed tkun deksritta bħala deċiżjoni politika kurraġġuża ta’ partit li qed jiġġedded u li qed tittieħed fi proċeess ta’ bidla li l- Partit Nazzjonalista għaddej minnu.

Fil-fatt din id-deċiżjoni ma kinitx l-ewwel jew l-aħħar waħda li ħa l- Partit Nazzjonalista iżda deċiżjoni fi proċess li fih diġa ttieħdu diversi deċiżjonijiet li se jkomplu jkunu sostnuti fil-ġimgħat li ġejjin b’aktar tiġdid poliitku fil-Partit Nazzjonalista . F’konferenza tal-aħbarijiet li għamel biex ifha ħabbar ix-shadow cabinet il-ġdid. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li t-tiġdid li qed iwettaq il-Partit Nazzjonalista qed jibgħat messaġġ ta’ Oppożizzjoni serja, kostruttiva, qawwija u effettiva u li qed tkompli turi d-differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista.

Tweet Ariadne

Tweet saviour