Pulizija ndarab fin-Nofsinhar tal-kapitali Franċiża Pariġi. Skont l-ewwel informazzjoni, jidher li nfetaħ in-nar minn persuna f’karrozza wara li dan twaqqaf mill-Pulizija.
S’issa mhux magħruf jekk hemmx rabta mal-massakru fl-uffiċini ta’ Charlie Hebdo l-Erbgħa.
Il-persuna li sparat ħarbet mill-post u jidher li ntuża machine gun.
Hemm ukoll rapporti ta’ splużjoni qrib moskeja f’Lyon imma s’issa mhux magħruf ukoll jekk f’dan il-każ hemm rabta. Imma l-Gvern Franċiż qal li mill-attakk ta’ nhar l_erbgħa f’Pariġi, kien hemm diversi attakki kontra moskej madwar Franza.
Aktar dettalji kif jaslulna …
//= $special ?>