Futbol Sport

Staġun mitmum għal Morais ta’ Birkirkara

Aħbarijiet xejn sbieħ għal Birkirkara li se jitilfu lil Ellinton Morais, magħruf bħala Liliu, għall-kumplament tal-istaġun. Din hi daqqa ta’ ħarta għall-Karkariżi meta wieħed iqis li dan il-plejer skurja 12-il gowl s’issa f’dan l-istaġun.

Liliu għandu bżonn rikostruzzjoni tal-Anterior Cruciate u għalhekk hemm bżonn li ssirlu operazzjoni.

Birkirkara akkwistaw lil dan l-attakkant Brażiljan ta’ 24 sena f’Awwissu li għadda. Qabel hu kien lagħab għal diversi staġuni fl-ogħla diviżjoni Belġjana ma’ Westerlo u l-istaġun li għadda lagħab ukoll ma’ Ethnikos Achna f’Ċipru u Hapoel Ra’anana f’Iżrael.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).