Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ħabbar tibdil fix-Shadow Cabinet tiegħu.
Permezz ta’ dan it-tibdil, ix-Shadow Cabinet se jkun magħmul kif ġej:
- il-Kap tal-PN Simon Busuttil: Kap tal-Oppożizzjoni
- il-Viċi Kap għall-Ħidma tal-Parlament Mario de Marco: Shadow Minister għall-Finanzi
- il-Viċi Kap għall-Ħidma tal-Partit Beppe Fenech Adami: Shadow Minister għall-Intern
- is-Segretarju Ġenerali Chris Said: Shadow Minister għal Għawdex
- Paula Mifsud Bonnici: Shadow Minister għall-Politika Soċjali
- Jason Azzopardi: Shadow Minister għad-Drittijiet taċ-Ċittadin, Ġustizzja u Demokrazija
- Claudette Buttigieg: Shadow Minister għas-Saħħa
- l-MEP Therese Comodini Cachia: Shadow Minister għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
- Claudio Grech: Shadow Minister għall-Ekonomija
- Marthese Portelli: Shadow Minister għall-Ambjent, l-Enerġija u t-Trasport
- l-MEP Roberta Metsola: Shadow Minister għall-Affarijiet Ewropej u BarraninKull Shadow Minister se jkollu miegħu Deputat/i biex jgħinu fil-ħidma relatata.B’dan it-tibdil fix-Shadow Cabinet, il-PN mistenni jkun f’pożizzjoni b’saħħitha biex jagħmel skrutinju akbar fuq il-Gvern.Kelliema taħt is-Shadow Minister għall-Finanzi Mario de Marco
Mario de Marco: Finanzi
Robert Arrigo: Negozji ż-Żgħar, Manifattura, Kummerċ, Self-Employed u KoperattiviKelliema taħt is-Shadow Minister għall-Intern Beppe Fenech Adami
Beppe Fenech Adami: Pulizija, Difiża, Forzi Armati, Sigurtà, Servizzi Korrettivi u Protezzjoni Ċivili
Francis Zammit Dimech: ImmigrazzjoniKelliema taħt is-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said
Frederick Azzopardi: Affarijiet ta’ Għawdex
Giovanna Debono: Affarijiet ta’ GħawdexKelliema taħt is-Shadow Minister għall-Politika Soċjali Paula Mifsud Bonnici
Paula Mifsud Bonnici: Politika Soċjali
Robert Cutajar: Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, Anzjani u Persuni b’Diżabbiltà
Stephen Spiteri: Housing u Ġlieda Kontra l-FaqarKelliema taħt is-Shadow Minister għad-Drittijiet taċ-Ċittadini, il-Ġustizzja u d-Demokrazija Jason Azzopardi
Jason Azzopardi: Ġustizzja, Good Governance u Demokrazija
Clyde Puli: Drittijiet taċ-Ċittadini, Ugwaljanza, Djalogu Soċjali, Drittijiet tal-Konsumatur, Drittijiet tal-Internet, Komunikazzjoni u Politika Awdjoviżiva
Joe Cassar: Kultura u Arti
David Agius: Gvern Lokali, Żgħażagħ u SportKelliema taħt is-Shadow Minister għas-Saħħa Claudette Buttigieg
Claudette Buttigieg: Saħħa u Stil ta’ Ħajja b’Saħħitha
Michael Gonzi: Kura Primarja u Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa
Albert Fenech: Saħħa MentaliKelliema taħt is-Shadow Minister għall-Ekonomija Claudio Grech
Claudio Grech: Politika Ekonomika, Politika Imprenditorjali, Politika tal-Kompetizzjoni, Industrija Kreattiva u Soċjetà tal-Għarfien
Kristy Debono: Servizzi Finanzjarji, IT u Gaming
Antoine Borg: Turiżmu
Ċensu Galea: Amministrazzjoni Pubblika u Investimenti tal-GvernKelliema taħt is-Shadow Minister għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Therese Comodini Cachia
Therese Comodini Cachia: Edukazzjoni Ogħla, Tagħlim Tul il-Ħajja, Riċerka, Innovazzjoni u Żvilupp Soċjo-Ekonomiku
George Pullicino: Edukazzjoni Bikrija u Obbligatorja
Carm Mifsud Bonnici: Xogħol, Relazzjonijiet Industrijali u Drittijiet tal-ĦaddiemaKelliema taħt is-Shadow Minister għall-Ambjent, l-Enerġija u t-Trasport Marthese Portelli
Marthese Portelli: Enerġija u Trasport
Ryan Callus: Ambjent, Artijiet, MEPA u Infrastruttura
Charlò Bonnici: Kaċċa u Insib
Toni Bezzina: Agrikoltura u Sajd
Mario Galea: Drittijiet tal-AnnimaliKelliema taħt is-Shadow Minister għall-Affarijiet Ewropej u Barranin Roberta Metsola
Roberta Metsola: Relazzjonijiet mal-Istati u l-Istituzzjonijiet tal-UE, Fondi Ewropej u Presidenza tal-UE 2017
Tonio Fenech: Affarijiet Barranin, inkluż relazzjonijiet ma’ pajjiżi mhux tal-UE u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u Politika tal-MediterranKordinazzjoni tal-Grupp Parlamentari taħt il-Viċi Kap tal-PN Mario de Marco
Ċensu Galea: Deputat Speaker
David Agius: Whip
Frederick Azzopardi: Deputat Whip
Tonio Fenech: Chairman tal-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet Pubbliċi
David Casa: Kap tad-Delegazzjoni Maltija fil-Grupp tal-PPE fil-Parlament Ewropew