Futbol Sport

Tliet barranin b’esperjenza f’Malta bi prova ma’ Sliema Wanderers

Il-midfielder offensiv Brażiljan Diogo Pinheiro de Sousa, li fil-jiem li għaddew kien bi prova ma’ Sliema Wanderers, mhux mistenni jinżamm mill-blues.

Ma’ Sliema qed jitħarreġ i prova wkoll l-attakkant Senegaliż ta’ 29 sena Demba Armand Touré li l-istaġun li għadda lagħab Tarxien Rainbows. Wara karriera twila ma’ klabbs ewlenin bħal Olympique Lyon, Grasshoppers, Dynamo Kyiv u Stade Reims, fl-2013 Touré ddebutta f’pajjiżna ma’ Valletta u staġun wara lagħab ukoll għal Birkirkara.

Plejer ieħor li mistenni jasal fil-jiem li ġejjin bi prova ma’ Sliema Wanderers hu Aziz Corr Nyang. Dan il-winger mill-Gambja, li llum għandu 30 sena, diġa’ kien f’pajjiżna fl-istaġun li għadda ma’ Valletta qabel mar jilgħab fl-Iżvezja. Nyang lagħab ukoll għat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).