Futbol Sport

Tpartit ta’ plejers b’self bejn Pembroke u Mqabba

PembrokeIl-Ħamis filgħaxija, il-winger lemini ta’ 27 sena Shaun Magro niżel għall-ewwel sessjoni ta’ taħriġ tiegħu ma’ Pembroke Athleta wara li ġie akkwistat b’self sa tmiem l-istaġun mingħand Mqabba F.C.

Minn naħa l-oħra Pembroke bagħtu b’self ma’ Mqabba lid-difensur lemini Rodney Caruana li għandu 25 sena.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).