Mara ta’ 30 sena, residenti fil-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin kienet kundannata 11-il xahar ħabs u mmultata €800 wara li nstabet ħatja mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li fit-28 ta’ Jannar tal-2007 ġielgħet żewwġ nisa, Charlotte Vella u Juanita Grech sabiex idaħħlulha d-droga fil-ħabs stess, u dan billi jpoġġu d-droga f’banana.
Elaine Rapinett, mill-Gżira, kienet qalet lin-nisa biex idaħħlu d-droga fl-ikel u fil-fatt wara rejd li kien sar kien instab tubu tal-kartun mimli trab kannella bid-droga eroina, u li dan it-tubu kien instab ġewwa banana. Minkejja li Juanita Grech għall-ewwel qalet li dak l-ikel kien intiż għal detenuta oħra, ċertu Philienne Ceci, Rapinett qalet li hija stess kienet qalet lill-istess Ceci u dan peress li din kienet tirċievi l-ikel minn barra l-ħabs kuljum.
//= $special ?>
