Internazzjonali

AĠĠORNAT: Iż-żewġ suspettati nqatlu mill-Pulizija

L-aħħar rapporti minn Pariġi jindikaw li l-Pulizija Franċiża daħlet fuq iż-żewġ suspettati, Cherif u Said Kouachi, li kienu assedjati b’ostaġġ f’stamperiji f’Dammartin-en-Goele kif ukoll fuq Amedy Coulibaly li kien ħataf ostaġġi f’supermarket fiz-zona tas’ Vincennes f’Pariġi wkoll.

Skont l-ewwel rapporti, l-aħwa Kouachi nqatlu fl-intervent u kif ukoll it-terrorista fil-każ l-ieħor. L-ostaġġ, mara li kienet miżmuma f’Dammartin-en-Goele nħelset imma fil-każ tas-supermarket qed jintqal li hemm xi ostaġġi mejta .

Id-dettalji għadhom dieħlin