L-aħħar rapporti minn Pariġi qed jgħidu:
Sar kuntatt maż-żewġ suspettati li qed iżommu ostaġġ fl-inħawi ta’ Damartin barra Pariġi u kien hemm rapporti ta’ sparar.
* li diversi karrozzi tal-Pulizija qed jiġru wara karrozza tat-tip Peugeot fil-Grigal tal-kapitali Franċiża. Jidher li hemm rabta mat-tfittxija intensiva għaż-żewġ persuni suspettati bl-attakk terroristiku tal-Erbgħa li għadda. Hemm rapporti wkoll ta’ tiri ta’ arma tan-nar.
*Ir-rapporti qed jgħidu li dawk fil-karrozza li qed jiġu segwiti mill-Pulizija aktarx ħatfu xi ostaġġ fl-inħawi ta’ Dammartin-en-Goële. Il-ġrajja qed isseħħ fl-inħawi tal-Ajruport ta’ Roissy u l-indikazzjonijiet huma li hemm ostaġġ wieħed miżmum miż-żewġ suspettati, Cherif Kouachi ta’ 32 sena u ħuħ Said ta’ 34 sena.
Id-dettalji għadhom dieħlin
//= $special ?>