Illum, L-Assoċjazzjoni Din l-Art Ħelwa ferħet bil-vitorja tal-proċess demokaritiku li ntrebaħ bid-deċizjoni tal-Qorti Kostituzzjonali favur li jsir referendum kontra l-kaċċa fir-Rebbiegħa, is-sena d-dieħla.
Simone Mizzi, il-President eżekuttif saħaq li issa d-dritt li jingħata permess għal dan lis-sport antikwat u faħxi mhux ser jibqa’ f’idejn il-politiċi li ilhom is-snin taħt ir-rikatt tal-lobby tal-kaċċaturi. Issa jiddeċidi l-poplu jekk hu seww li jinqatlu għexieren ta’ għasafar sempliċiment għal pjaċir sportif meta’ dawn jkunu f’trieqthom lejn fejn jmorru biex jfaqqsu.
L-Assoċjazzopni Din l-Art Ħelwa ħadmet kemm felħet mal-kowalizzjoni sabiex nġabru eluf ta’ firem fil-petizzjoni li wasslet għal din id-deċizjoni tal-Qorti. Għalekk l-Organizzazjoni b’ħsiebha tkompli l-kampanja sabiex tħajjar l-elettorat biex joħroġ b’ħġarhu meta’ jsir ir-referendum u jivvota IVA ghat-tneħħija għal kollox tal-kaċċa fir-Rebbiegħa, darba għal dejjem.
//= $special ?>
