Id-Direttur ta’ Autobuses de Leon jikkonferma li l-prezzijiet tan-nollijiet tat-trasport pubbliku se jogħlew minn Lulju li ġej.
Fi tmiem preżentazzjoni li saret dalgħodu mill-kumpanija Spanjola, Felipe Cosmen ikkonferma ma’ MaltaRightNow.com li biljett maqtugħ minn fuq tal-linja se jiswa €1.50, bin-nollijiet jitilgħu għal €2 fis-Sajf.
Madankollu, b’differenza għas-sistema preżenti ta’ one-day ticket, dan il-biljett mhux se jibqa’ validu għal ġurnata iżda għal sagħtejn biss. B’hekk mhux se jibqa’ possibbli li wieħed jivvjaġġa kemm irid għal ġurnata sħiħa.
Minbarra din is-sistena, se jkun possibbli wkoll li wieħed jixtri card minn qabel biex jibbenefika minn tariffi ridotti ta’ 75ċ għal kull vjaġġ għall-adulti u 25ċ għal kull vjaġġ għat-tfal.
Il-ħlas għal 30 ġurnata għall-adulti se jkun ta’ €26, filwaqt li l-istudenti jħallsu €21. L-istudenti li jridu biljett ta’ 90 ġurnata issa se jħallsu €55.
//= $special ?>