Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ġimgħa, id-9 ta’ Jannar.
IN-NAZZJON b’rapport estensiv dwar il-bidliet li sar fix-shadow cabinet Nazzjonalista, bit-titlu fil-faċċata jgħid li Simon Busuttil ħabbar bidla kbira fil-PN. L-istess ġurnal jirrapporta illi Franza tinsab f’luttu wara l-attakki ta’ Pariġi, bil-belt kapitali Franċiża mill-ġdid fl-attakk.
THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt tal-ġurnalisti Maltin li lbieraħ inġabru fil-Belt Valletta jwasslu l-messaġġ “Aħna Lkoll Charlie” b’solidarjeta’ għall-vittmi ta’ Pariġi. Filwaqt li L-ORIZZONT jirrapporta bi prominenza d-dimostrazzjoni li saret ilbieraħ f’San Ġiljan mill-komunita’ Franċiża f’pajjiżna.
THE TIMES OF MALTA tgħid illi l-mexxejja tal-komunita’ Musulmana f’Malta ikkundannaw l-attakk fuq il-bini tal-ġurnal Charlie Hebdo. L-istess ġurnal jgħid ukoll li jeżistu problemi kbar għall-ħaddiema fiċ-Child Care Centres tal-Gvern, minħabba dawk li l-MUT iddeskriviethom bħala kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ staff mix-xahar li ġej.
//= $special ?>