Lokali

Il-Ministru tal-Ġustizzja ma jafx xi tgħid il-Liġi dwar ir-Referenda – il-PN

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici dalgħodu qarraq bil-ġurnalisti li attendew għall-konferenza tal-aħbarijiet ftit tal-ħin wara li l-Qorti Kostituzzjonali ħadet id-deċiżjoni li jsir ir-Referendum dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa. Dan hekk kif fil-konferenza tal-aħbarijiet, Owen Bonnici qal li hu l-Prim Ministru li se jiddeċiedi l-ġurnata li fiha jsir ir-Referendum.

Madankollu, fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista fakkar kif Artiklu 18 tal-Att tar-Referenda (ritratt isfel) jgħid bl-aktar mod ċar li hi l-President tar-Repubblika li tiddeċiedi l-ġurnata biex isir ir-Referendum u mhux il-Prim Ministru, kif qal Owen Bonnici.

Għaldaqstant, hu ċar li l-Ministru tal-Ġustizzja ma jafx il-Liġi, temmet tgħid l-istqarrija.

Referendum Kacca Ligi Data Votazzjoni