Il-prezzijiet għoljin tal-petrol u d-diesel li qed inħallsu f’pajjiżna, hija tema li għandha tiġi diskussa b’urġenza fil-Parlament. Għaliex il-prezz tal-petrol għadu għoli? Ghaliex il-konsumatur Malti mhux igawdi mir-roħs fil-prezz internazzjonali taż-żejt?
Huma dawn il-punti li tqajjmu illum fl-editorjal ta’ THE TIMES OF MALTA li jiffoka fuq il-prezz taż-żejt li qed jonqos, u kif dan mhux jigi rifless lokalment għaliex il-Gvern rabat il-prezz tal-fules.
L-editur jgħid illi meta l-prezz tal-fuels mhux jitraħħas, dan ifisser li l-Gvern qed jidħak f’wiċċ is-sewwieqa li jonfqu għexieren ta’ ewro kull xahar fi fuel. U jkompli billi jistaqsi, kemm se jdum il-hedging fuq il-prezzijiet? U l-Gvern kif qed jixtri mis-suq?
L-editorjal f’THE TIMES jgħid illi kollox jindika li l-Gvern Laburista ma jimpurtahx wisq minn dan kollu. U hemm bżonn spjegazzjoni ċara dwar dak li qed jiġri – il-Gvern ma jridx jibqa’ arroganti u jrid jisma l-karba tan-nies.
//= $special ?>