Internazzjonali

L-aħħar aħbarijiet minn Pariġi: Jingħalqu żewġ runways fl-ajruport Charles de Gaulle

Il-Gvern Franċiż għalaq parti kbira mill-ispazju tal-ajru fuq Pariġi hekk kif jidher li issa daħlet fl-aħħar fażi l-ħidma biex jinqabdu ż-żewġ suspettati fil-massakru fl-uffiċini tar-rivista Charlie Hebdo.
Dan qed jeffettwa l-ġidma f-ajruport internazzjonali ta’ Charles de Gaulle. Kelliem għall-ajruport qal li 2 mill-erba’ runways issa ngħalqu għall-arrivals imma l-iskedi mhux suppost ikunu effetwati hekk l-ajruplani jintbagħtu lejn ajruporti oħra.

Il-Pulizija Franċiża konfermat li issa ż-żewġ suspettati huma f’zona industrjali f’Dammartin-en-Goele u għandhom ostaġġ.

(fir-ritratt jidhru l-ajruplani li qed jinġemgħu fuq Pariġi bħalissa)