L-aħħar aġġornamenti hekk kif iż-żewġ suspettati fl-attakk imdemmi fil-kwartieri tar-rivista satirika Franċiża Charlie Hebdo, jinsabu ċirkondati…u sitwazzjoni oħra ta’ ħtif ta’ ostaġġi qed tiżviluppa, minn ħin għal ieħor, f’supermarket Lhudi f’Pariġi
* Sorsi mill-pulizija qed jgħidu li l-aggressur li ħataf sitt persuni bħala ostaġġi fis-supermarket Lhudi qed jisħaq biex l-aħwa Kouachi jinħelsu.
* F’Dammartin, fejn l-aħwa Kouachi qed iżommu ostaġġ fi stamperija żgħira, ġew evakwati tfal ta’ skola primarja bi prekawzjoni.
* L-aħwa Kouachi kienu fuq il-watch-list tal-Istati Uniti u tar-Renju Unit, biex ma jsifux.
* Il-ħwienet kollha qrib iz-zona Lhudija ta’ Marais, fiċ-ċentru ta’ Pariġi, ġew ordnati biex jagħlqu mill-pulizija.
//= $special ?>

