Futbol Sport

Louis Cutajar bi prova ma’ żewġ klabbs

Il-plejer ta’ taħt il-21 sena ta’ pajjiżna Louis Cutajar mistenni jkollu żewġ provi; waħda l-ġimgħa d-dieħla ma’ klabb tal-league 2 fl-Ingilterra, u prova ma’ klabb tal-Premiership fl-Iskozja l-ġimgħa ta’ wara.

Dan wara li Hereford United Football Club; klabb li jikkompeti fis-Southern League Premier Division tal-Ingilterra u li miegħu kien ingħaqad Cutajar fi Frar li għadda falla u xolja.

Qabel Hereford, Cutajar, li jgħix l-Ingilterra, kien jilgħab għal Norwich United.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).