Internazzjonali Kurżitajiet

Miet l-attur Rod Taylor

L-attur Awstraljan Rod Taylor, li ħadem fil-film ta’ Alfred Hitchcock, The Birds, miet fl-età ta’ 84 sena. Hu kien se jagħlaq 85 sena nhar il-Ħadd.

Taylor, li għex fl-Istati Uniti, miet fid-dar tiegħu f’Los Angeles wara festin.

Hu kiseb suċċess fis-snin sittin, meta rreċta f’numru ta’ films mal-atturi Jane Fonda u Richard Burton.

Fl-2009, hu kellu parti żgħira bħala l-eks-Prim Ministru Ingliż Winston Churchill fil-film ta’ Quentin Tarantino, Inglorious Basterds.

Rod Taylor ħadem l-ewwel rwol prinċipali fil-film The Time Machine u sussegwentement interpreta diversi partijiet f’films fis-snin sittin u fis-snin sebgħin.