Raġel ta’ 30 sena mill-Fgura kien mixli quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli li fera serjament sewwieq ta’ karozza f’ħabta li seħħet meta hu baqa’ dieħel “head on” fuq f’St. Andrews, meta kien taħt l-influwenza tax-xorb.
Jeffrey Micallef wieġeb mhux ħati li weġġa serjament lil Joclyn Attard li sofra diversi fratturi fil-ħabta, li jinkludu ksur ta’ għadam, dahru u saqajh. Is-Surġent Ramon Mifsud Grech qal li Micallef kien ittestjat pożittiv għal “breathalyser test” ftit tal-ħin wara il-kolliżjoni li kienet seħħet fit-8.00 p.m. fil-11 ta’ Novembru, 2012, bit-triq kellha tingħalaq għal ftit tal-ħin.
Micallef kien qed isuq il-karozza fid-direzzjoni ta’ San Ġiljan meta baqa’ dieħel f’karozza Rover li kienet qed tinstaq minn Attard mid-direzzjoni opposta.
//= $special ?>
